Sport Sport Ieħor

Il-finali tintrebaħ minn Steve Xuereb

(Ritratt: Liliana Xuereb)

Il-Ħadd il-Gozo Motorcross Association organizzat il-finali fejn is-sewwieq ikkompetex fid-diversi kartegoriji biex jiġu nkurunati ċ-champions. Ir-rebbieħ ta’ Klassi A u overall huwa Steve Xuereb, bi Klassi B tintrebaħ minn Jorn Stellini. Fi Klassi Ċ kien Jurgen Attard li ħareġ tijonfanti filwaqt li Klassi D intrebħet minn Luke Caruana.

Il-president tal-assoċjazzjoni Frank Bruno ppreżenta tifkiriet fosthom lit-teżorier James Camilleri, lill-coach Scott Donovan kif ukoll lil Lorenzo Casu għall-kontribuzzjoni tagħhom fl-assċojazzjoni u fl-isport tal-motorcross.

Il-Frank Bruno Award, trofew magħmul mir-rebbieħ Steve Xuereb kien ppreżentat lil Mario Cauchi għad-dixxiplina u r-rispett lejn il-motrocross, filwaqt li Frank Bruno u Vikann Xuereb ngħataw rikonoxximent għax-xogħol volontarju li jwettqu fl-assoċjazzjoni.