Kurżitajiet Lokali Mużika

Il-finalist Malti għall-Eurovision Song Contest se jerġa’ jibda jintagħżel minn festival Nazzjonali

Wara li l-aħħar żewġ rapprezentanti ta’ pajjiżna għall-Eurovision Song Contest, Michela u Destiny, kienu intagħżlu minn X-Factor Malta, ftit tal-ħin ilu sar magħruf li l-kantant li se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżna fil-kompetizzjoni barra minn pajjiżna issa ser jerġa’ jibda jintagħżel permezz ta’ festival Nazzjonali.

Il-programm popolari X-Factor għadu kif nieda t-tielet edizzjoni tiegħu, madankollu din id-darba r-rebbieħ mhux se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fl-ESC.

Minflok, ir-rebbieħ ta’ din it-tielet edizzjoni se jieħu miegħu premju ta’ €50,000, u l-applikazzjonijiet issa infetħu għal dawk kollha interessati.