EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Il-Finlandja jfittxu kwalifikazzjoni storika kontra l-Belġju

Fl-ewwel dehra tagħhom fil-Kampjonati Ewropej, u saħansitra f’tournament maġġuri, il-Finlandja se jkunu qed iħarsu li jegħlbu lit-tim fl-ewwel post tar-rankings tal-FIFA, il-Belġju, li biha jassiguraw kwalifikazzjoni storika għat-tim Finlandiż.

Għalkemm rebħu partita u tilfu oħra, il-Finlandja jinsabu bl-istess punti daqs ir-Russja, b’telfa jew draw għar-Russi, u rebħa kontra l-Belġju tkun tifsser li l-Finlandja jagħmluha għall-fażi tal-aħħar sittax.

Min-naħa l-oħra l-Belġju, li għaddew għall-fażi li jmiss b’żewġ rebħiet kontra r-Russja u d-Danimarka. B’Romelu Lukaku f’forma eċezzjonali kif ukoll ir-ritorn b’saħħtu ta’ Kevin de Buryne kontra d-Danimarka, l-Belġju se jkunu qed jaspiraw li jirbħu l-Euro 2020. Bi skwadra b’talent liema bħalu, ħafna jqisu l-Kampjonati Ewropej bħala l-aħħar ċans li din il-ġenerazzjoni ta’ plejers tista’ tirbaħ unur maġġuri, hekk kif fallew mill jagħmlu dan fl-aħħar żewġ tournaments maġġuri.

Għalkemm hemm differenza kbira fil-livell ta’ plejers bejn iż-żewġ timijiet, il-FInlandja rebħu erba’ mill-ħdax-il partita li kellhom kontra xulxin, bil-Belġju jirbħu tlieta filwaqt li l-erba’ konfronti l-oħra temmew fi draw.

Grupp B : Finlandja v Belġju 9.00pm (Krestovsky Stadium St.Petersburg)