Lokali Parlament

Il-Gvern qed jibdel liġi wara biss tmien ġimgħat li għaddieha; qed ibaxxi l-livell tal-avukatura

Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjoalista Therese Comodini Cachia qalet fil-parlament li l-Gvern qed ibiddel liġi li kien għadda tmien ġimgħat biss ilu; propju f’April li għadda.

Fil-parlament Therese Comodini Cachia qalet li fi Frar 2021, il-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis kien tkellem favur qafas iktar b’saħħtu u li jirrifletti realtaijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u rrikonoxxa li jimxi ma’ ir-realtajiet b’regolamentazzjoni li ma ġġibx lill-avukat Malti bħal dawk Ġermaniżi.

Il-Ministru Zammit Lewis kien ressaq dan l-abbozz minħabba d-dimensjoni pubblika u minħabba l-korruzzjoni. X’inbidel illum biex l-istess ministru jrid ineħħu l-istandards li daħħal fi Frar? Min bagħat lill-ministru biex jibdel dak li hu stess saħaq tant fuqu fi Frar? Il-Ministru Zammit Lewis għandu jispjega għaliex qed iwettaq din il-liġi, tmien ġimgħat biss wara li daħlet fis-seħħ. Min għamel lobby fuq il-Ministru Zammit Lewis?

Hi qalet li dan hu pjan moħmi minn min għandu interess li jara li l-avukatura ma tkunx kollha taħt l-istess regolametazzjoni. Hawn min jabqillu li ma jgħaddix mill-fit and proper test u li ma jkunux skrutinizzati. L-avukatura llum qed tgħid lill-Ministru tal-Ġustizzja lima tridx tbaxxi l-livelli tagħha.

Il-Ministru tal-Ġustizzja għandu jkun trasparenti u jispjega għaliex qed jibdel il-pożizzjoni tiegħu, tmien ġimgħat wara; b’liġi li se tbaxxi l-istandards fuq l-etika u d-dixxiplina fuq l-avukatura. Il-Gvern qed jagħmel distinzjoni falza bejn l-avukati u dawk li jipprovdu s-servizzi legali

Id-deputat Nazzjonalista staqsiet jekk dawk li jagħtu servizzi legali għandhomx standards differenti? Dawn l-istandards ma jinħarġux fl-abbozz? staqsiet id-deputat Nazzjonalista.