Stennija għal nhar l-Erbgha li ġej, meta se tkun qed tittieħed id-deċiżjoni finali dwar jekk pajjiżna hux se jkun qed jiġi greylisted mill-Financial Action Task Force.
Il-persuna li bħalissa qed isserraħ fuqu din ir-responsabbilta, jiġifieri l-Ministru Clyde Caruana, jibqa’ fiduċjuż imma kawt dwar l-eżitu ta’ dan it-test li pajjiżna qed jerġa jkollu jiffaċċja.
“DAN IT-TIENI PASS HUWA KAXXA MAGĦLUQA“
Izda mistoqsi għaliex Malta reġgħet spiċċat qegħda tirriskja li titpoġġa fil-lista l-griża f’dik li hi azzjoni kontra reati finanzjarji, Clyde Caruana wiegeb biss li se jibqa’ jaħdem.
Intant, jidher li l-Gvern Malti għaddej bi sforzi intensivi biex jipprova jikkonvinċi lill-Istati Uniti, il-Ġermanja u l-Ingilterra biex ibiddlu fehemthom dwar il-vot tagħhom kontra pajjiżna. Madankollu mistoqsi jekk il-Gvern Malti hux se jkollu jpatti billi jċedi affarijiet oħra, Caruana qal li wieħed irid iqis jekk dak mitlub mill-FATF hux raġunat jew le.
“WIEĦED IRID JAGĦRAF JEKK DAK LI QED JIĠI MITLUB HEMMX RAĠUNI JEW LE“
Mistoqsi x’kien li wassal biex pajjiżna sab ruħu f’dan ir-riskju, Caruana kien skomdu ferm iwieġeb u qal li mhux se joqgħod jidħol f’dan it-tip ta’ dibattitu mingħajr ma eskluda l-possibbiltà li jgħaddi l-kummenti tiegħu dwar dan “aktar ‘il quddiem”.
U filwaqt li l-Ministru Clyde Caruana qed jipprova jara kif se jsewwi l-ħsara li saret fl-aħħar ftit snin ta’ Gvern Laburista f’dak li hu s-settur tal-finanzi, sħabu tal-Kabinett mhux kollha huma wisq inkwetati, bil-Ministri sħabu l-oħra u l-Whip jidhruy deħlin friski friski f’Kastilja, filwaqt li jgħidu li “se jkomplu jaħdmu”, u bil-Ministru Jose’ Herrera jgħid li wieħed “jagħmel dak li jista’”.
Filwaqt li skont oħrajn il-problemi preżenti mhumiex tort tal-Gvern, imma tal-Oppożizzjoni.
Fl-aħħar jiem, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech insista li l-Oppożizzjoni se tibqa’ taħdem biex tissewwa’ r-reputazzjoni ħażina li ġab fuqna l-Gvern Laburista.
//= $special ?>