Lokali Parlament

Il-pajjiż jeħtieġ ERA b’saħħitha u mhux bla snien

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cuajar enfażizza fil-parlament li l-pajjiż għandu bżonn ERA b’saħħitha u mhux bla snien quddiem l-isfidi ambjentali kbar li għandu l-pajjiż.

Fil-bidu tad-diskors tiegħu Robert Cutajar qal li f’din is-seduta, fil-preżenza tal-Ministru, il-Gvern mar fil-Kamra bla ma kellu kelliema preparati biex jitkellmu. Kien id-deputat Laburista Ian Castaldi Paris li kellu jqum jitkellem għax il-Gvern ma kellux kelliema oħra biex jitkellmu.

Hu sostna li l-ERA hi deskritta bħala ‘bla snien’ mill-Professur Alan Deidun u kompla li lil hinn mir-ritratti, il-poplu mhux se jinsa minn dak li għaddej minnu l-ambjent llum.

Dwar l-ERA, Robert Cutajar qal li l-ERA qed tfalli fil-prijoritajiet fosthom fl-infurzar u sostna li l-PN se jippreżenza proposti dwar l-ERA. Hu kompla li f-Dipartiment konċernat għandu jissaħħaħ b’ikar riżorsi u sostna li stenna aħjar mill-Professur Victor Axiaq għalkemm fil-passat Victor Axiaq kellu fibra morali meta vvota kontra l-proġett tad-daħla tal-Mellieħa.

Filwaqt li rrifera għll-NGOs, Robert Cutajar qal li l-poplu jrid deċiżjonijiet li jagħmlu differenza u mhux l-UE twissi lill-Gvern fuq is-separazzjoni tal-iskart. Quddiem dan kollu l-Gvern jibqa’ sieket.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li għadu mhux magħruf id-dokument finali tal-proċess dwar il-Magħtab u l-inċineratur u appella lill-uffiċjali tal-ERA biex jerfgħu r-rsponsabbiltà tagħhom. Dan kien proċess ivvizzjat fejn is-sit ingħażel bla konsultazzjoni. Malta m’għandhiex bżonn dak il-kobor, sostna Robert Cutajar.

Iċ-Chairman tal-ERA Victor Axiaq iddikjara li jaqbel mal-proposta tal-PN favur it-trasparenza, governanza tajba u tmexxija serja; iżda l-Professur Axiaq kellu joħroġ fil-pubbliku kif għamel l-ex Prim Ministru Alfred Sant. Hu espriema fiduċja fit-tmexxiija tal-ERA għalkemm qal li m’għandux fiduċja f’kulħadd.

Il-Professur Axiaq għandu jqum jitkellem u ma jitħalliex ikun kompliċi għaliex għandu kwalitajiet tajba; l-Oppożizzjoni għandha fiduċja fil-Professur Axaq.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li kien diżappuntat li l-poplu tħalla fl-għama fil-proġett tal-ITS għaliex il-poplu stenna li l-ERA tqum għall-okkażjoni.

Il-Whip tal-PN appella lill-Professur Axiaq biex jieqaf quddiem din is-sitwazzjoni u sostna li l-Gvern għandu wkoll jagħmel reazzjoni għal din is-sitwazzjoni.

F’Ta’ Qali kien hemm possibbiltà li jsir proġett ambjentali tajjeb, sostna Robert Cutajar, li qal li Gvern Nazzjonaista se jkun qed jikkunsidra dan il-proġett biex isir ambjentalment aħjar. Hu kompla li d-deċiżjoni tal-Gvern Laburista wasslet biex Malta tilfet daqs 250 ground tal-football fil-perjodu bejn l-2017 u l-2020. Issa wara dan kollu, il-Prim Ministru iddikjara li l-ambjent sar prijorità. Minkejja dan il-Ministru għall-Ambjent iddikjara li l-ekonomija kienet prijorità iżda mhux l-ambjent.

Dwar Kemmuna, id-deputat Nazzjonalista qal li kien minħabba l-irregolaritajiet f’Kemmuna li rriżenja l-Professur Deidun. Fl-ERA għandha sisr riforma billi jkun hemm governaza tajba. Hu kkundanna ir-rimi ta’ skart mormi fit-toroq; għalhekk jeħtieġ ERA iktar b’saħħitha.

Robert Cutajar qal I l-PN bil-fatti poġġa l-ambjent fuq l-aġenda politika tiegħu kemm f’Malta kif ukoll f’fora internazzjonali. Tant ġraw atroċitajiet fl-aħħar snin li issa s-sitwazzjoni ma tistax tmur lura. Il-Gvern illum hu bla pjan tant li fl-eqqel tas-sajf qed isiru xoħlijiet fil-bajjiet; liema xogħlijiet setgħu saru qabel. L-ERA għandha titkellem u tiddefendi l-ambjent, appella Robert Cutajar.