Lokali Parlament

Inġustizzji ma’ min jibbalzma l-għasafar

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal fl-Aġġornament tal-parlament tal-lejla li l-PN hu favur il-kaċċa u l-insib sostenibbli u appella biex jitwaqqfu l-abbużi ma’ min hu dilettant tal-għasafar ibbalzmati.

Hu qal li l-PN jemmen li l-kaċċa u l-inisb jibqgħu prattikati b’mod sostenibbli. Malta rċeviet twissija għaliex ma kienitx konformi mal-liġijiet tal-UE dwar l-insib.

Il-Gvern issa hu obbligat li jispjega l-pożizzjoni tiegħu fi żmien xahar. Il-PN jinisti li tingħeleb din it-twissija u jaqbel li l-insib jitkompla anki għal skopijiet ta’ riċerka.

Il-PN jimpurtha li jgħin biex l-insib jibqa’ fil-pajjiż. Hu kkundanna l-abbużi kollha u ħadd m’għandu jagħmilha ta’ kbir ma’ Malta iżda lanqas Malta ma tista tmur tagħmilha ta’ bully mal-UE. Fil-pajjiż hawn ukoll dilettanti l-ibbalzmar iżda kien hemm regoli li bihom jiġi reġistrati l-għasafar ibbalzmati fid-djar. Meta dawn jiċċaqilqu minn dar għall-oħra jkun kkunsidrati bħala reat kriminali.

Edwin Vassallo tkellem dwar ir-reġistrazzjoni fid-DBRU fil-kuntest tal-infurzar fl-ERA u appella biex isiru diskussjonijiet bejn iż-żewġ setturi biex jitneħħew l-inġustizzja ma’ dawn il-persuni kaġun tas-sistemi.

Hu tkellem dwar it-toroq u qal li qed ikun hemm dewmien biex jitlestew it-toroq, partikolarment fil-Mosta. Dan qed jeffettwa r-residenti u n-negozji.