EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Iż-żewġ timijiet għadhom biċ-ċans li jgħaddu għall-fażi li jmiss

Ir-Russja u d-Danimarka se jkun qed jagħlqu l-impenji tagħhom fi Grupp B f’Kopnenhagen, biż-żewġ nazzjonijiet se jkunu qed iħarsu li jagħmluha mal-aħħar sittax. Hekk kif ir-Russja bħalissa jinsabu fit-tieni post bi tliet punti, id-Daniżi xorta waħda għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw minkejja li jinsabu mingħajr ebda punt, jekk il-Finlandja jitilfu mal-Belġju.

Minkejja t-telfa diżappuntanti ta’ 3-0 kontra l-Belġju fl-ewwel partita tagħhom, ir-Russi rnexxilehom jirbħu l-partita l0oħra kontra l-Finlandja, litpoġġijhom f’posizzjoni favorevoli li jtemmu fit-tieni post ta’ Grupp B. It-tim nazzjonali Russu wasal sas-semi finali tal-Euro 2008, iżda ma rnexxielux jgħaddi mill-gruppi fiż-żewġ edizzjonijiet ta’ wara, li jfisser li kwalifikazzjoni mal-aħħar sittax għat-tim ta’ Stanislav Cherchesov ikun pass ‘il quddiem.

Għad-Daniżi, min-naħa l-oħra din kienet edizzjoni emozzjonanti ikkaraterizzata mill-inċident ta’ Christian Eriksen fl-ewwel partita kontra l-FInlandja. Hekk kif Eriksen issa jinsab lura d-dar, jiġri x’jiġri, it-tim Daniż se jħalli l-Euro 2020 bħala eroj għal mod kif irreaġixxew meta kkollassa seħibhom Christian Eriksen. Bit-telfa kontra l-Belġju fl-aħaħr ħarġa tagħhom, id-Danimarka jridu jirbħu b’żewġ gowls filwaqt li l-Finlandja jitilfu kontra l-belġju, biex jagħmluha mal-aħħar sittax.

Iż-żewġ timijiet iltaqgħu darba kontra xulxin, bir-Russja joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 f’partita li tmur lura għall-2012.