Lokali Qorti

Jitressaq Sirjan li allegatament wettaq straġi fil-Mellieħa

Raġel, li allegatament għamel straġi fil-Mellieħa kmieni l-Ħadd filgħodu, nżamm taħt arrest preventiv wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Abdulnasir Ali ta’ 25 sena, imwieled fis-Sirja, u xogħolu hu li jqiegħed il-madum residneti San Pawl il-Baħar, ġie rintraċċat mill-ewwel mill-pulizija ftit wara daħlu rapporti dwar suspettat li kien qed jitfa il-ġebel fuq karozzi u vetrini tal-ħwienet fil-Mellieħa, u ħalla warajh għadd ta’ ħsarat.

Disa’ vetturi pparkjati, faċċati varji tal-ħwienet kif ukoll aperturi tal-lukanda kienu allegatament fil-mira tal-attakk li seħħ għall-ħabta tat-3:00am, li rriżulta wkoll fi tkissir ta’ ħġieġ u ħsara oħra. Il-Pulizija rrispondew minnufih għar- “diversi rapporti” u, waqt li aġixxew fuq deskrizzjoni mogħtija minn xhieda, li raw b’għajnejhom lis-suspettat li kien miexi fid-direzzjoni tax-Xemxija.

Huwa ġie arrestat u wara aktar investigazzjoni, ġie akkużat li kkawża ħsara volontarja fuq propjetà ta’ terzi f’diversi toroq tal-Mellieħa. Il-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Saviour Baldacchino, li spjega li kienu għadhom qed jidħlu rapporti ġodda fir-rigward tal-inċident, anke meta kien fi triqtu għal Qorti t-Tnejn wara nofs inhar.

Għal din ir -raġuni, huwa ħareġ akkuża waħda, li tinkorpora d -danni kollha li jirriżultaw mill -inċident, qal il-prosekutur. Mgħejjun minn interpretu, l-akkużat wieġeb mhux ħati. L-ebda talba għal pleġġ ma tressqet fl-istadju tal-arrest u l-qorti, ippreseduta mll-maġistrat Josette Demicoli, żammet lir-raġel miżmum il-ħabs. L-Avukat Christopher Chircop kien avukat tal-għajnuna legali.