Lokali Parlament

L-entitajiet mhux jiddefendu liċ-ċittadini quddiem l-abbużi ambjentali

David Thake, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Thake qal li l-entitajiet mhux jiddefendu liċ-ċittadini quddiem l-abbużi ambjentali li qed jitwettqu mill-Gvern.

Fil-parlament David Thake qal li l-ERA hi istituzzjoni li ċ-ċittadini jħarsu lejha biex ittiehom protezzjoni u li tieħu pożizzjonijiet diffiċli u iebsa iżda korretti.

Il-pajjiż għex tmien snin f’perjodu fejn l-istituzzjonijiet ma ddefendiex liċ-ċittadini u lis-sewwa iżda ħadu pass lura u jabdikaw mir-responsabbiltajiet tagħhom. Hu semma’ l-Korp tal-Pulizija fejn kien hemm pulizija li ngħaqdu mal-kriminali u spjega li jumejn oħra il-pajjiż jista jkun greylisted.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-każ tal-Balluta fejn l-ERA bidlet il-kundizzjonijiet tal-permess għall-iżviluppatur biex dan kompla bix-xogħolijiet biex jagħmel pontoon fil-Balluta anki fis-sajf. Hu qal li dan kollu se jsir f’bajja fejn jgħumu n-nies u sostna li ċ-ċitatdini bilfors jaħsbu li s-sistema hi favur in-negozjanti l-kbar.

Hu semma’ l-każ ta’ Kemmuna fejn saru xogħolijiet ta’ trinek bl-ERA tikkonkludi li dan kellu jibqa’ għadej għax ittieħdu miżuri biex inaqqsu l-ħsarat li kienu se jsiru.

Dawn huma deċiżjoni li jagħtu l-impressjoni li min suppost qed jiddefendi l-interessi ambjentali qed iċedi għall-pressjoni mill-ministri, mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mill-iżviluppatur biex jieħu pass lura fid-difiża għall-ambjent u jtineħħa l-inkonvinjent għal min irid jibqa’ għaddej gaffa.

Każ ieġor li semma’ David Thae kien permess biex isiru mill-ġdid ħitan tas-sejjieħ fir-Rabat fejn hmm speċifikat li dawn iridu jsiru bil-mod tradizzjonali bla użu ta’ cement iżda l-operatur li ħa x-xogħolijiet tella’ l-ħajt kopletament bil-mod kif mhxu stipualt u l-ERA tinjorna dan ir-rapport.

David Thake ikkritika l-kruha ta’ bini li qed isir fil-pajjiż u l-ammont ta’ toroq li qed jieklu l-ambjent Malti. Dak kollu li għandu x’jaqsam mal-ambjent m’għndux jibqa taħt il-kontroll tal-politiċi iżda taħt id-direzzjoni ta’ nies professjonali bla indħil politiku.

L-ippjanar fil-pajjiż hu politku, sostna David Thake, li kompla li fl-Awtorità tal-Ippjanar hemm konflitti ta’ interessi li huma l-għadu ta’ dak kollu relatat ma’ awtoritajiet.

Hu semma’ lil Martin Saliba, li kien impjegat mal-MEPA, kien appuntat Chairman tat-tribunal indipendenti tal-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Illum Saliba hu ċ-Chairman Eżekutitv tal-Awtorità tal-Ippjanar; konflitt ta’ interess ċar.

Każ ieħor hu dak li fih il-Ministru Michael Farrugia ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech li warajha l-Ministru Michael Farrugia kiteb lill-Awtorità b’ordni biex l-Imrieħel jkun inkluż bħala żona li fiha jista’ jsir bini għoli.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pajjiż irid jeħles minn din il-politika li l-poltiċi u n-negozjanti l-kbar huma flimkien; għalhekk in-nies iħarsu lejn l-entitajiet biex jiddefendu lin-nies.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ d-dokument Malta Low Carbon Development Strategy u qal li dan id-dokument qed jissottovaluta l-importanza tas-sħana u l-frisk bil-kostruzzjoni, ma jitrattax id-drittijiet solari taċ-ċittadini u ma jweġibx diversi mistoqsijiet dwar it-tieni interconnector.

Hu fakkar kien il-PL kien kkritika t-tieni interconenctor u sostna li kien il-Gvern Laburista li ntrabat li jixtri għal 18-il sena biex iħallas madwar €60 miljun fis-sena lis-SOCAR. David Thake tkellem dwar il-gassijiet li jniġġsu mill-karozzi u qal li fl-istrateġija tiegħu l-Gvern mhux jitratta meta se jttieħdu deċiżjonijiet fudnamentali dwar karozzi li jniġġsu.

David Thake qal li l-Gevrn mhux jagħti kas biżżejjed lil min qed jinvesti fil-karozzi elettriċi fosthom sempliċi tabelli biex karozzi ma jipparkjax fejn hemm ic-charging points.