EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

L-Olanda b’ċans li jserrħu xi player għall-aħħar partita tal-grupp

(Ritratt: EPA)

L-Olanda għandhom ċans iserrħu xi players fl-aħħar tal-partita tal-grupp hekk kif serrħu moħħhom mill-kwalifikazzjoni wara li kisbu żewġ rebħiet konsekuttivi fl-ewwel żewġ partiti kontra l-Ukrajna u l-Awstrija rispettivament.

L-Olanda minkejja li ma kienux meqjusha bħala l-favoriti li javvanzaw f’dan it-tournament urew l-aħjar logħob flimkien mal-Italja fost it-timijiet kollha li qed jieħdu sehem fil-Euro 2020. Minn naħa l-oħra, l-Maċedonja minkejja li kellhom prestazzjonijiet qalbiena ma kienux biżejjed biex jiksbu l-punti minn żewġ partiti.

Fil-passat, iż-żewġ nazzjonijiet ltaqgħu erba’ darbiet, b’żewġ partiti jintemmu fi draw filwaqt li żewġ partiti oħra kienu l-Olanda li ħarġu rebbieħa.

Grupp Ċ: Olanda v Maċedonja ta’ Fuq 6.00pm