Laurel Hubbard ta’ New Zealand saret l-ewwel atleta transgender li għażlet li tikkompeti f’Olimpjadi f’deċiżjoni kontroversjali. Uffiċjali għażluha għat-tim tan-nisa tal-weightlifting għall-Olimpjadi f’Tokjo wara li r-rekwiżita ta’ kwalifikazzjoni ġew modifikati reċentament.
Laurel kienet ikkompetiet f’avvenimenti tal-irġiel qabel ma ħarġet bħala transgender fl-2013. Il-kritiċi qalu li għandha vantaġġ inġust, għalkemm oħrajn argumentaw favur aktar inklużjoni fil-logħob. Min-naħa tagħha, fi stqarrija qalet li tinsab grata għall-appoġġ li ngħatat mill-poplu ta’ New Zealand.
Laurel se tikkompeti fil-kategorija tan-nisa tal-weightlifters b’piż ta’ 87kg. L-atleta, ta’ 43 sena, saret eliġibbli biex tikkompeti fl-Olimpjadi meta l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, fis-sena 2015, biddel ir-regoli li jippermettu lill-atleti transgender jikkompetu bħala mara jekk il-livelli ta’ ‘testosterone’ tagħhom ikunu taħt ċertu limitu.
Għalkemm kritiċi tennew li l-livelli ta’ ‘testosterone’ tal-atleta huma verament taħt ċertu limitu, jgħidu li l-parteċipazzjoni tagħha fl-Olimpjadi għadha inġusta għall-atleti mwieldin nisa.
//= $special ?>