Lokali Qorti

Miċħuda mill-ġdid it-talba għal Proklama li kienu għamlu l-aħwa Degiorgio

Il-Kabinett illum iddeċieda li jagħti parir lill-President tar-Repubblika biex ma jilqax it-talba għall-proklama li għamlu nhar is-26 ta’ April l-aħwa Alfred u George Degiorgio.

Għal darb’oħra, il-Ministru Carmelo Abela rrikuża ruħu.

Skont il-Gvern, id-deċiżjoni tal-Kabinett kienet meħuda fl-interess nazzjonali u fl-interess tal-amministrazzjoni retta tal-ġustizzja. Jidher li Robert Abela u l-Kabinett tiegħu ħadu l-parir tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija qabel ittieħdet id-deċiżjoni.