Lokali Qorti

Mixli li xtara mill-idejn bi €8,000 f’deheb u ġojjellerija misruqa

Raġel ta’ 53 sena minn Ħ’Attard ġie mixli quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li matul dan ix-xahar xtara ġojjelli u deheb misruq mill-idejn li l-valur tiegħu jlaħħaq it-b’€8,000. Joseph Tabone wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.

Dan il-każ huwa marbut ma’ dak ta’ Carmel Azzopardi ta’ 55 sena mill-Imsida li l-ġimgħa l-oħra baqa’ jinżamm arrestat wara li ammetta li seraq b’€10,000 djamanti. Azzopardi kienn ġie mixli li bejn it-8 u d-9 ta Ġunju li għadda, seraq djamanti b’valur ta’ aktar minn €10,000 mingħand diversi ħwienet.

Azzopardi għandu problema ta’ droga kokaina u li kaġun ta’ dan kellu ammont kbir ta’ dejn. Fil-Qorti kien spjegat li d-djamanti li nsterqu minn Azzopardiu ma ġewx ritornati. Azzopardi li kkolabora mal-Pulizija u ta l-informazzjoni kollha li għandu aċċessibbli dwar lil min biegħ dawn id-djamanti.

Kien permezz tal-informazzjoni li ta li tressaq Tabone li ġie mixli li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa. Huwa ngħata l-libertà proviużorja fuq depożitu ta’ b’€500 u garanzija personali ta’ €8,000. Għalih deher l-Avukat Matthew Brincat filwaqt li l-Ispettur Paul Camilleri mexxa l-Prosekuzzjoni. Sadanittant is-sentenza fil-konfront ta’ Azzopardi għandha tingħata t-Tlieta, 22 ta’ Ġunju mill-Maġistrat Nadine Lia.