Lokali

Nirien jaħkmu lukanda f’San Pawl il-Baħar

Preżentament numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew msejħa f’San Pawl il-Baħar wara li nirien kbar ħakmu lukanda.

F’każ li għadu qed jiżviluppa, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’ħidma sfieqa flimkien ma tim mediku tal-ambulanzi, wara li n-nar tkebbes ftit wara l-ħin tad-disgħa f’lukanda fi Triq il-Kaħli. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-inċident seħħ fl-ogħla sular tal-binja.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li mal-mitt resident flimkien ma diversi ħaddiema ġew evakwati filwaqt li membri mid-Dipartiment tal-Emerġenza mill-Isptar Mater Dei qed jagħtu l-ewwel għajnuna fil-post.

Fortunatament s’issa jidher li ħadd ma ndarab fin-nirien.