EURO 2020 Futbol Sport

Ousmane Dembele se jitlef il-kumplament tal-Euro 2020

Il-winger Franċiż Ousmane Dembele se jkun qed jitlef il-kumplament tal-Euro 2020 wara li sofra injury fl-irkoppa fl-aħħar partita kontra l-Ungerija. Dembele daħal bħala sostitut fis-57 minuta iżda kellu jerġa’ jkun mibdul fis-87 minuta.

Fi stqarrija il-Federazzjoni tal-Futbol Franċiża, qalet li mill-X-ray li sarlu jidher li Ousmane Dembele mhux se jkun qed jirkupra minn din l-injury fil-ħin, u għalhekk se jkollu jirtira mill-iskwadra biex ikompli ir-reabilitazzjoni minn din l-injury fl-irkoppa.

Minkejja din l-injury, il-coach Franċiż Didier Deschamps għandu għażla vasta ta’ plejers li jistgħu jidħlu bħala sostituti għal Kylian Mbappe, Karim Benzema u Antoine Griezmann, b’Olivier Giroud, Wissam Ben-Yedder u Kinsley Coman, kollha kienu fuq il-bank tas-sostituti fi-draw ta’ 1-1 kontra l-Ungerija.