EURO 2020 Gruppi Sport Sport Ieħor

Partita diretta għar-rebħ tat-tieni post bejn l-Ukrajna u l-Awstrija

(Ritratt: EPA)

L-Ukrajna u l-Awstrija jiltaqgħu f’partita diretta għar-rebħ tat-tieni post li jfisser kwalifikazzjoni ċerta għall-fażi li jmiss.

Biż-żewġ timijiet jinsabu bi tliet punti wara r-rebħiet rispettivi li kisbu fuq il-Maċedonja ta’ Fuq, dan il-konfront mistenni jkun wieħed bilanċjat, bit-tim Ukren jibda xi ftit favorit. Fl-ewwel partita l-Ukrajna tilfu 3-2 kontra l-Olanda filwaqt li rebħu 2-1 lill-Maċedonja. Minn naħa l-oħra, l-Awstrija rebħu 3-1 kontra l-Maċedonja ta’ Fuq filwaqt li tilfu t-tieni partita kontra l-Olanda 2-0.

Iż-żewġ timijiet fil-passat iltaqgħu darbtejn kontra xulxin, biż-żewġ timijiet jirbħu konfront kull wieħed.

Grupp Ċ: Ukrajna v Awstrija 6.00pm