Lokali Qorti

Probation għal Serb li seraq għodda mill-Imġarr

Serb ta’ 45 sena ngħata probation għall-perjodu ta’ sentejn mill-Maġistrat Nadine Lia wara li ammetta li fit-13 ta’ April tas-sena l-oħra mill-Imġarr seraq b’€600 f’għodda mill-Imġarr. Huwa ammetta li kkommetta serq aggravat u li saq karozza mingħajr liċenzja.

Boban Smiljkovic, residenti l-Mosta ammetta wkoll li fi Triq iċ-Ċivili fil-Mosta, saq b’manjera perikoluża u bi traskuraġni. Il-Qorti qieset il-fatt li ikkopera mal-Pulizija u rritorna l-oġġetti misruqa. Huwa ma nstabx ħati li kien qed isuq mingħajr liċenzja minħabba li l-każ huwa preskritt. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Paula Ciantar.