Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri għad m’għandu l-ebda risposta ċara u skjetta dwar meta l-Gvern ta’ Robert Abela se jkun qed jippreżenta l-Pjan uffiċjali tal-Irkupru Nazzjonali lill-Kummissjoni Ewropea.
Wara li tul il-ġimgħa li għaddiet, il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat ma’ NET News li l-Gvern kien għadu ma ppreżentalhiex dan il-pjan uffiċjali – kif ukoll f’ammissjoni fuq il-mikrofonu ta’ NET News mill-istess Silvio Schembri, bil-Ministru jerġa’ jtenni l-istess retorika…
Mistoqsi għat-tieni darba jekk il-Gvern ta’ Robert Abela għandux ħjiel ta’ meta dan il-pjan tant importanti għal pajjiżna se jkun qed jiġi ppreżentat lill-Unjoni Ewropea… wara li fil-ġimgħat li għaddew il-Kabinett ipprova jagħti x’jifhem li l-pjan kien diġà ppreżentat… Silvio Schembri baqa’ ma weġibx.
Bl-istess mod li baqa’ ma weġibx għalkollox dwar il-kwistjoni tal-Financial Action Task Force, hekk kif l-Erbgħa se tittieħed deċiżjoni finali jekk pajjiżna hux se jkun qed jiġi greylisted jew le.
B’wirja mill-aktar skomda… Silvio Schembri ddeċieda li jaħrab mid-domandi… bil-poplu għadu qed jistenna tweġiba.
//= $special ?>