Futbol Sport

Tasal l-ewwel rebħa tal-Peru fil-Copa America

(Ritratt: EPA)

Matul il-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn tkompliet il-Copa America fejn minn Grupp B spikkat ir-rebħa ta’ 2-1 li l-Peru kisbu fuq il-Kolumbja, rebħa li kienet l-ewwel waħda għall-Peru.

Sergio Pena fetaħ l-iskor għall-Peru wara 17-il minuta, b’Miguel Borja jġib l-iskor indaqs fit-53 minuta għall-Kolumbja. Il-gowl deċiżiv wasal fl-64 minuta permezz ta’ awto-gowl ta’ Yerry Mina.

Mill-istess grupp, l-Venezwela u l-Ekwador temmew fi draw ta’ 2-2. Eduar Perciado fetaħ l-iskor għall-Ekwador fid-39 minuta filwaqt li Edson Castillo ġab l-iskor indaqs fil-51 minuta. Gonzalo Plata reġa tefa’ lill-Ekwador fil-vantaġġ fil-71 minuta iżda lejn it-tmiem kien Ronald Hernandez li salva punt għall-Venezwela.