EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Thomas Muller se jitlef l-aħħar partita minn Grupp F kontra l-Ungerija

Il-midfielder Ġermaniż Thomas Muller se jkun qed jitlef l-aħħar partita tal-Ġermanja fi Grupp F kontra l-Ungerija wara li sofra injury fl-irkoppa fl-aħħar partita tagħhom kontra l-Portugall. Jekk il-Ġermanja jgħaddu għall-fażi tal-aħħar sittax, Muller se jkun dubjuż għal din il-partita.

Muller kien wieħed minn erba’ plejers Ġermaniżi li ma trenjawx mat-tim dalgħodu, bil-plejers l-oħra jkunu Mats Hummels, Lukas Halstenburg kif ukoll Ilkay Gundogan. B’rebħa kontra l-Ungerija, l-Ġermanja jikkwalifikaw għall-fażi tal-aħħar sittax.