Lokali Qorti

Żagħżugħ jammetti li għamel rapport falz li kien abbużat minn tabib

Il-Qrati tal-Ġustizzja - Arkivji

Żaghzugħ li meta kien minuri ta’ 17-il sena, f’Jannar li għadda għamel rapport falz liĺl-Pulizija li kien abbużat sesswalment minn tabib li kien ħabib tiegħu tpoġġa taħt probation għal perjodu ta’ tlet snin biex jjnghata gwida fil hajja. Huwa se jingħata wkoll għajnuna biex joħroġ mill-vizzju tal-użu tal-kannabis. Illum huwa għandu 18-il sena u għandu bżonn l-għajnuna.

Il-Maġistrat Josette Demicoli ordnat li jsir rapport kull sitt xhur u li ma jagħmel ebda kuntatt mat-tabib għax jista jeħel sentejn ħabs u €7,000 multa. Jekk jisker din l-ordni huwa jista’ jingħata wkoll interdizzjoni ġenerali. Fil Qorti ħareġ li ż- żagħzugħ li kellu trobbija diffiċli allega li kien abbużat mit tabib izda minn inkjesta Maġisterjali ħareg li ma kienx hemm provi li dak li seħħ kien abbuz. Irriżulta wkoll li dak li sar bejn l-imputat u t-tabib kien konsenswali.

Iż żagħżugħ ammetta fil-Qorti li għamel rapport falz u li anke prova joħloq provi mhux veritieri u li kien taħt l- influwenza tal-kannabis. Il Prosekuzzjoni qalet li konsegwenzi għat tabib setgħu kienu serji ħafna wara li mill-cameras tas sigurtà ma ħariġtx li kien hemm abbuż kif spjegat lill-Pulizija mill akkużat. Il-Qorti ordnat isem l akkuzat kif ukoll tat-tabib ma jiġux pubblikati. L-Avukat Christopher Chircop kien avukat tal-għajnuna legali.