Lokali

Żagħżugħ jaqa’ madwar sular fil-Mosta

Marokkin residenti San Pawl il-Baħar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ madwar sular hekk kif kien fuq il-lant tax-xogħol fil-Mosta.

Il-każ seħħ fi Triq il-Belt Valletta, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar, meta waqt li ż-żagħżugħ ta’ 29 sena kien qed jagħmel xi xogħol fuq bejt għal xi raġuni sfortuntament waqa’ madwar sular.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-barrani l-isptar għal aktar kura.

Filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għadha waħda pendenti, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.