Internazzjonali

Afganistan: L-Istati Uniti mħassba dwar is-suċċessi militari tat-Taliban

epa03034552 A picture made available on 15 December 2011 shows masked Pakistani Taliban militants during exercises in lawless Pakistan-Afghanistan border area of Laddah in South Wazirsitan tribal agency, Pakistan, 11 December 2011. Reports state that Pakistan is under intense pressure to eliminate sanctuaries of Taliban and al-Qaeda fighters in its tribal region, as militants respond by intensifying attacks on security and government installations across the country. EPA/SAOOD REHMAN *** Local Caption *** 50145941

Il-militar tal-Istati Uniti kapaċi jnaqqas mill-pass tal-irtirar tal-qawwiet tiegħu mill-Afganistan, wara sensiela ta’ suċċessi tal-militanti Iżlamiċi tat-Taliban fuq il-kamp tal-battalja.

John Kirby, kelliem għall-Pentagon Amerikan, tenna li filwaqt li d-deadline (il-11 ta’ Settembru) għall-irtirar sħiħ tat-truppi Amerikani mill-Afganistan għadu ‘validu’, ir-ritmu tal-proċess kapaċi jonqos skont iċ-ċirkustanzi.

L-uffiċjali Amerikani, jiem ilu, qalu li l-irtirar tas-suldati Amerikani mill-Afganistan hu nofsu konkluż – u meta l-vjolenza qed tiżdied fl-artijiet Afgani, anki waqt li l-Istati Uniti u n-NATO qed iħejju għall-hekk-imsejjaħ ‘full withdrawal’ tat-truppi.

Fl-aħħar xahar, it-Talibani intensifikaw l-attakki filwaqt li ħatfu l-kontroll f’aktar minn 30 distrett tal-Afganistan. Il-militanti anki ħatfu kwantitajiet kbar ta’ tagħmir militari, u fejn qatlu numri kbar ta’ suldati tal-Gvern Afgan.

Il-Gvern Afgan madankollu ċaħad li qed jitlef il-kontroll tad-distretti lit-Talibani u qed jgħid li d-distretti kienu evakwati bħala ‘pjan għal irtirar tattiku’. Sadanittant, mhux ċar kemm inqatlu militanti Talibani fil-battalji tal-aħħar jiem.