Għawdex Lokali

Deċiżjoni mill-Ministeru għal Għawdex li tmur kontra l-liġi

L-islip way ta’ Marsalforn ma jistax jingħalaq l-aċċess għaliha.

Din id-deċiżjoni ħolqot rabja fost diversi Għawdxin hekk kif dan kollu wera fiċ-ċar li il-Ministeru għal Għawdex lest li jieħu deċiżjoni biex min għandu opra tal-baħar irregistrata Sport, jista’ biss iniżżel jew itella’ d-dgħajsa fil-ħinijiet ta’ filgħodu mill-4.00 sal-11.00 u filgħaxija mill-5.00 sas-6.00. Deċiżjoni li ħafna ma qablux magħha għax tmur kontra l-liġi.

Nies li tkellmu magħna qalulna li l-Ministeru għal Għawdex jaf sew xi tgħid il-liġi u jaf ukoll li aċċess ta’ slip-way ma jistax jagħlaq l-aċċess tagħha għall-ebda raġuni. Huma appellaw lill-Ministeru għall-Għawdex biex ma jiħux deċiżjonijiet li jmorru kontra l-legal notice, għax wara kollox Marsalforn huwa port fejn joperaw diversi sidien tad-dgħajjes.