Il-Kroazja jikkwalifikaw bit-tieni post | L-Iskoċċiżi eliminati bl-aħħar post
Fl-ewwel taqsima it-tim Kroat iddomina l-pusses tal-ballun bl-Iskozja ftit li xejn ikunu perikolużi fi-żona doifiża mill-Korati. Il-Kroazja marru fil-vantaġġ fis-17-il minuta meta minn cross ta’ Josip Juranovic, Ivan Perisic waqqa’ bir-ras tajjeb lejn Nikola Vlasic, li bix-xellug ikkonkluda fil-lasta għal 1-0. Madanakollu, l-Iskoċċiżi kisbu l-gowl tad-draw fit-42 minuta meta minn żball difensiv ta’ Domavigoj Vida, Callum McGregor approfitta u tefa’ ġewwa għal 1-1.
Fit-tieni taqsima l-Kroazja komplew jkunu t-tim li juri l-aktar inizjattiva u proprju fit-62 minuta marru fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Matteo Kovacic, kien il-midfielder ta’ Real Madrid Luka Modric li kkonkluda fil-lasti u għeleb lil David Marshall għal 2-1. Biex fis-77 minuta l-Kroazja skorjaw it-tielet gowl tagħhom meta minn corner ta’ Luka Mordic kien Ivan Perisic li bir-ras għeleb lil goalkeeper Skoċċiż għal 3-1.
Kroazja : D.Livakovic, J.Juranovic, D.Lovren, D.Vida, J.Gvardiol, M.Brozovic, M.Kovacic, L.Modric, I.Perisic, N.Vlasic, B.Petkovic
Skozja : D.Marshall, S.McTominay, G.Hanley, K.Tierney, S.O’Donnell, A.Robertson, S.Armstrong, C.McGregor, L.Dykes, C.Adams
Referee: F.Rappallini
Assistenti Referees : J.Belatti, D.Bonfa
//= $special ?>