EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp D : Repubblika Ċeka 0 – 1 Ingilterra

L-Ingilterra jirbħu Grupp D b’rebħa minima fuq iċ-Ċeki

B’din ir-rebħa l-Ingilterra temmew fl-ewwel post ta’ Grupp D fejn issa jaffaċjaw lit-tim fit-tieni post ta’ Grupp F f’ Wembley Stadium. L-Ingilterra marru fil-vantaġġ fit-12-il minuta permezz ta’ Raheem Sterling, wara azzjoni maħduma tajjeb bejn Bukayo Saka u Jack Grealish.

Fit-tieni taqsima ir-ritmu tal-partita kien wieħed kajman biż-żewġ timijiet ftit li xejn ikunu perikolużi lej il-lasti opposti. Fil-85 minuta l-Ingilterra ħasbu li skorjaw it-tieni gowl tagħhom permezz ta’ Jordan Henderson liema gowl kien mħassar għall-posizzjoni ta’ offside.

Repubblika Ċeka : T.Vaclik, O.Celustka, V.Coufal, T.Kalas, V.Darida, T.Holes, P.Schick, L.Masopust, J.Jankto, T.Soucek, J.Boril

Ingilterra : J.Pickford, K.Walker, J.Stones, H.Maguire, L.Shaw, K.Phillips, D.Rice, J.Grealish , B.Saka, H.Kane, R.Sterling

Referee : A.Dias

Assistenti Referees : R.Tavares, P.Soares