Futbol Sport

Hakan Calhanoglu jingħaqad ma’ Inter

Il-midfielder Tork ta’ 27 sena Hakan Calhanoglu iffirma kuntratt ta’ tliet snin mar-rivali ta’ Milan, Inter, b’salarju ta’ €5 miljun fis-sena.

Calhanoglu issieħeb lil Milan fl-2017 wara trasferiment mingħand Bayer Leverkusen, fejn lagħab 172 darba u skorja 32 darba. Calhanoglu kien ilu f’diskussjonijiet ma’ Milan biex iġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb għal bosta xhur iżda jidher li ma ntlaħaqx ftehim, biex issieħeb lir-rivali Inter.

Calhanoglu kien parti mill-iskwadra Torka fil-Euro 2020, fejn kienu elminati minn Grupp A, hekk kif ma rnexxielhom jiksbu l-ebda punt fi tliet partiti.