Internazzjonali Lokali

“Id-demokrazija hija valur uniku” – PN

epa08993035 A demonstrator hold a picture of Mynamar democracy icon Aung San Suu Kyi as Myanmar people living in Japan shout slogans during a protest against the military coup outside Myanmar's Embassy in Tokyo, Japan, 07 February 2021. More than 5,000 people participated in the protest, a Myanmar residents group leader said. Myanmar's military seized power and declared a state of emergency for one year after arresting State Counselor Aung San Suu Kyi and Myanmar president Win Myint in an early morning raid on 01 February, following increasing tension over the result of last November's parliamentary elections. EPA-EFE/KIMIMASA MAYAMA

Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad ma diversi partiti u stati fi ħdan l-Unjoni Ewropeja sabiex jikkundanna dak li għadu għaddej fi Myanmar. It-tneħħija tal-proċess demokratiku minn reġim militari qattiel huwa mill-iktar kundannabbli.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Carm Mifsud Bonnici u mis-Segretarju Internazzjonali Roselyn Borg Knight, jaqbel mad-dħul ta’ sanzjonijiet ekonomiċi oħra fuq numru ta’ uffiċjali, u miżuri li jattakkaw direttament l-istess reġim dittatorjali. Reġim li qiegħed jikser d-drittijiet fundamentali u s-saltna tad-dritt.

F’dawn l-aħħar seba’ xhur inqatlu madwar 860 persuna innoċenti u ġew arrestat 4,500 persuna. Bnedmin li l-unika kundanna tagħhom hija dik li ma jistgħux jaqblu ma’ dak li seħħ, li jridu jippreservaw l-proċess demokratiku.

Il-mexxeja prinċipali tal-pajjiż u ta’ National League for Democracy Party Aung San Su Kyi ġiet arrestata u qiegħda tiġi proċessata f’akkużi mill-iktar foloz u żbaljati. Dak li seħħ huwa ħażin u jmur direttament kontra l-interessi tal-pajjiż u l-ġid komuni. Ebda nazzjon ma jimxi l’quddiem jekk ma jħaddimx d-demokrazzija ghax hija din is-sistema unika
li tigarantixxi ekonomija soda u li tħares lil kull persuna.

“Proprju għax konvinti li d-demokrazzija hija valur uniku li nikkundannaw dak li seħħ u ningħaqdu ma kull miżura intenzjonata biex tħares s-sewwa”… ittemm tgħid l-istqarrija tal-PN