Sport Sport Ieħor

Il-Futsal se jkollu siġġu fil-kumitat eżekuttiv tal-MFA

Il-Futsal se jkun qed jingħata siġġu fil-kumitat eżekuttiv tal-MFA bħala parti mit-tibdliliet li qed tagħmel l-MFA bħala assoċjazzjoni. B’din id-deċiżjoni l-futsal se jkun elevat bħala sport filwaqt li jkollu ċans jagħti l-kontribut tiegħu fid-deċiżjonijiet l-aktar importanti għall-futbol lokali.

Id-deċiżjoni tħabbret mill-Viċi President tal-MFA Matthew Paris fejn faħħar lit-timijiet kollha tal-futsal għax-xogħol li qed jagħmlu fl-iżvilupp taż żgħażagħ fil-logħba tal-futsal.

Din hija ġimgħa attiva għal-futsal f’pajjiżna hekk kif se tintlgħab is-semi finali tal-Kampjonat Lokali bejn Swieqi United u Valletta, bir-rebbieħ jiltaqa’ kontra Luxol St.Andrews fil-finali.