Lokali Parlament

Il-Gvern Laburista abbanduna l-inġustizzja li wettaq hu stess bil-Home Ownership Scheme fit-tmeninijiet

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-Gvern Laburista abbanduna l-inġustizzji li wettaq hu stess bil-Home Wonership Scheme bejn l-1981 u l-1983.

Fil-parlament Ivan Bartolo qal li Gvern Nazzjonalista kien indirizza l-pjaga li kien ħoloq Gvern Laburista fit-tmeninijiet. Bejn l-2009 u l-20012, 700 setgħu jsiru sidien ta’ djarhom li nbnew bejn l-1981 u l-1983. Il-Gvern kien ħallas iktar minn 700 familja ta’ dawk l-artijiet li kienu ttieħdu bejn l-1981 u l-1983.

Hu semma’ kif fl-aħħar tmien snin kemm ilu fil-Gvern, il-PL ma indirizzax il-problema ta’ mijiet ta’ Maltin li fil-bidu tas-snin tmenin spiċċaw fl-art tagħhom taħt requisition order.

Il-Gvern Laburista m’għamel xejn biex il-propjetà tal-Home Owenership Scheme ikollhom kuntratt u kien Gvern Nazzjonalista li ta €5 miljuni għal dawn il-familji. Il-Gvern Laburista alloka biss €500,000 għal tmien familji.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-mod kif kienu jitqassmnu l-artijiet taħt Gvern Laburista fosthom f’Ta’ Paris Birkirkara u lokalitajiet oħra. Minkejja dan, il-Gvern qed jonfoq il-miljuni fil-korruzzjoni tas-SOCAR, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-problema tal-Home Ownership Scheme hi mifruxa madwar il-lokalitajiet kollha.

Hu appella biex din il-kwistjoni delikata tkun solvuta u fakkar kif ministru Laburista kien jaħtaf l-artijiet u jtiehom lil ħaddieħor biex jibnu fuqhom. Dawn is-sidien qatt ma ngħataw kumpens xieraq u mijiet minn dawk li bnew bil-Home Ownership Scheme għadhom bla titlu għax il-Gvern Laburista abbandunhom fl-aħħar tmien snin.

Id-deputat Nazzjonalista kien solva ħafna minn dawn il-problemi f’diversi lokalitajiet madwar Malta u staqsa kif Gvern Laburista lil dawk it-tmien familji biex jingħataw kumpens u oħrajn ingħataw.

Hu tkellem dwar il-profiling tal-applikanti u qal li dan hu studju importanti mill-Awtorità tad-Djar. Id-deputat Nazzjonalista kompla li dawn il-bnedmin iridu jingħataw wiċċ u qalb u m’humiex biss voti.

Ivan Bartolo qal li l-problema tad-djar soċjali issa nbildet fi kriżi fejn hawn nies jorqdu fil-garaxxijiet u l-karozzi u sostna li l-Gvern stess jammetti li hemm 20% tal-applikanti li qed ifittxu d-djar. Fil-pajjiż bħalissa hawn 90,000 persuna f’riskju ta’ faqar, sostna Ivan Bartolo.

Hu tkellem dwar il-housing affordabbli u qal li fil-Fgura dan il-proġett għadu bsis trab. Dwar il-lista ta’ stennija, Ivan Bartolo qal li għandu jkun iktar tarsparenza għaliex il-Gvern qed ibdidel iċ-ċifri. Il-Ministru Galdes kien qal li fl-2009 hu inkwetanti li hemm 1,600 fil-lista ta’ stennija; konferma li kien taħt Gvern Nazzjonalista li dn il-lista kienet fl-inqas livelli.