Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ abbozz ta’ linji gwida biex jirregola l-użu ta’ riklami u materjal promozzjonali mill-gvern u entitajiet pubbliċi.
Il-linji gwida huma maħsuba biex jiżguraw li l-ministri ma jonfqux fondi pubbliċi fuq pubbliċità personali jew politika.
Il-linji gwida ikopru mhux biss riklami iżda anki, fost affarijiet oħra, artikli li jiġu ppubblikati bi ħlas, fuljetti, kartolini, oġġetti li jitqassmu bħala rigali, u materjal awdjoviżiv li jixxandar fuq it-televiżjoni jew il-midja soċjali – dejjem jekk dawn jiġu mħallsa b’fondi pubbliċi. Il-Kummissarju George Hyzler qieghed jipproponi li:
• Riklam jew materjal promozzjonali tal-gvern jew ta’ entità pubblika m’għandux jinkludi kontenut ta’ natural partiġġjana.
• Riklam jew materjal promozzjonali tal-gvern jew ta’ entità pubblika għandu jkun fattwalment korretti f’dak li jgħid.
• Riklam tal-gvern jew ta’ entità pubblika m’għandux jinkludi isem jew ritratt ta’ ministru.
• Fuljett jew dokument ieħor (basta mhux riklam) maħruġ mill-gvern jew entità pubblika jista’ jinkludi kontenut li jirreferi għal ministru, sakemm dan il-kontenut ikun strettament limitat u jikkontribwixxi għall-għanijiet leġittimi tad-dokument.
• Pubblikazzjoni li tkun sponsorjata mill-gvern għandha tindika dal-fatt għall-finijiet ta’ trasparenza.
• Ministru għandu jidderieġi fondi pubbliċi lejn il-midja għall-finijiet ta’ riklamar skont kriterji ġusti u oġġettivi.
Il-Kummissarju ħareġ il-linji gwida bħala abbozz biex jikkonsulta dwarhom qabel ma jibda japplikahom.
//= $special ?>