Lokali Parlament

Il-larinġ ta’ Rosianne issa fil-parlament!

Id-deputat Laburista Rosianne Cutajar llejla għamlet Aġġornament tal-parlament tiġġustifika lilha nnfisha dwar l-għoti ta’ larinġ lil anzjani fi djar għall-anzjani; il-larinġ ta’ Rosianne Cutajar llejla spiċċaw fil-parlament.

Fid-diskors tagħha Rosianne Cutajar attakkat lil Repubblika għat-talba tagħhom li ssir investigazzjoni dwar it-tqassim ta’ larinġ mill-istess deputat Cutajar. Hi kkritikat lil Repubblika u lid-deputati Nazzjonalisti Karol Aquilina u Jason Azzopardi flimkien mal-President ta’ Repubblika Robert Aquilina.

Id-deputat Laburista kkritikat ukoll lill-gvern Nazzjonalista fuq id-diversi proġetti fosthom l-Isptar Mater Dei, il-proġett ta’ Baċir Numru 1 u t-terminal taċ-Ċirkewwa. Hu qalet li sa ftit snin ilu biex il-Maltin jaraw fly-over riedu jsiefru u sostniet li l-Gvern Laburista wettaq ġonna vertikali, riformi “rivoluzjzonarji” u s-saltna tad-dritt.