Il-Prim Ministru tal-Italja Mario Draghi offra li Stadio Olimpico jospita l-finali tal-Euro 2020 jekk kemm-il darba l-każijiet tal-Covid-19 fl-Ingilterra jibqgħu għoljin.
Wembley Stadium se jkun qed jospita s-semifinali u l-finali tal-Euro 2020, iżda tqajjmu dubji dwar kemm dan jista’ jsir hekk kif ta’ kuljum l-Ingilterra qed tirrieġistra għadd ta’ każijiet ġodda ta’ Covid-19. Pront wieġeb is-Segretarju tas-Saħħa Brittanniku Matt Hancock illi stqarr b’mod ċar “il-finali ssir f’Wembley”.
Il-UEFA minn naħa tagħha qalet li ma’ hemm l-ebda pjan li l-finali tiċċaqlaq għal Ruma hekk kif, il-UEFA qed taħdem fil-qrib flimiien mal-FA Ingliża u mal-Gvern Ingliż biex kemm is-semifinali u l-finali jsiru kif skedati.
//= $special ?>