Il-proġett f’Ħakka t’Għajn – parti minn studju ta’ riċerka dwar anzjani li jattendu c-Ċentru għall-Anzjanità Attiva, fis-Siggiewi, f’kollaborazzjoni ma’ persuni li huma involuti fl-arti tat-teatru. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju se jintużaw biex jintwera kif artisti professjonali u persuni li għandhom ‘il fuq minn 65 sena jistgħu jaħdmu flimkien fi proċess li jista’ jkollu impatt pożittiv fuq iż-żewġ partijiet.
L-istudju qed jitwettaq mid-Dipartiment tal-Arti, il-Komunitajiet Miftuħa u l-Edukazzjoni tal-Adulti fl-Università ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-Active Ageing u l-Community Care. Dan jagħmel parti minn studju ta’ riċerka akbar li jeżamina l-impatt tal-arti fuq sfidi soċjali differenti, proġett internazzjonali li fih qed jieħdu sehem l-Ingilterra u l-Italja fost oħrajn.
L-idea ta’ f’Ħakka t’Għajn u l-persuna li qed tipproducih hija Isabelle Gatt – lekturer fl-Università ta’ Malta bl-għajnuna tad-Direttur Teatrali Josette Ciappara. Filwaqt li l-awtur ta’ f’Ħakka t’Għajn huwa Simon Bartolo, ser jieħdu sehem ukoll, f’dan il-proġett, l-attur Sean Briffa u l-mużiċist ta’ Red Electrick, Joe Roscoe.
//= $special ?>