Lokali Parlament

Is-soċjetà għandha tħares lejn il-prevenzjoni ta’ problemi soċjali

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat fil-parlament biex il-pajjiż u s-soċjetà jħarsu lejn il-prevenzjoni ta’ problemi soċjali.

Hi qalet li l-kunċett ta’ hub għall-persuni b’diżabbiltà fin-Naxxar jmur kontra l-prinċipji tal-UE u spjegat kif il-persuni b’diżabbiltà jridu jitressqu lejn il-qalba tas-soċjetà. Id-deputat Nazzjonalista qalet li jidher li m’hemmx koordinazzjoni u hemm ħela ta’ riżorsi.

Hi staqsiet x’inhuma l-pjani tal-Gvern dwar il-persuni b’diżabbiltà u qalet li Garanzija tat-Tfal qed twassal biex tfal ma jmorrux fl-istituti iżda jmorru ma’ ġenituri. Hemm probelma fil-pajjiż għaliex il-mara diġà għandha żvantaġġ meta tkun omm u trid toħroġ taħdem; jeħtieġ li l-pajjiż jibda jantiċipa dawn is-sitwazzjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li għandu jsir studju dwar kif se tkun is-sitwazzjoni fil-futur.