Is-Sotto-Segretarju għas-Saħħa Andrea Costa ikkonferma li sal-bidu ta’ Lulju se jkunu fetħu mill-ġdid id-diskoteki fl-Italja. Dan qalu waqt intervent li kellu fuq stazzjoni tar-radju Taljan.
Costa qal li d-diskoteki u l-postijiet tad-divertiment assoċjati mas-Sajf se jiftħu sal-10 ta’ Lulju li ġej. Id-dħul se jkun marbut mal-obbligu li wieħed jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Il-Gvern Taljan bħalissa qed jagħmel minn kollox biex l-industrija tad-divertiment ikollha data ċara għal ftuħ mill-ġdid wara l-pandemija.
//= $special ?>