Futbol Sport

L-Arġentina u ċ-Ċile jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss tal-Copa America

(Ritratt: EPA)

L-Arġentina u ċ-Ċile kwalifikaw għall-fażi li jmiss tal-Copa America. L-Arġentina għelbu lil Paragwaj 1-0, b’Papu Gomez jiskorja dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv wara biss disa’ minuti, biex b’żewġ rebħiet minn tliet partiti, l-Arġentina telgħu fl-ewwel post ta’ Grupp A b’seba punti.

F’din il-partita, l-istilla tat-tim Lionel Messi laħaq lil Javier Mascherano bħala l-aktar player li lagħab mal-Arġentina hekk kif din kienet l-147 partita tiegħu.

F’partita oħra, ċ-Ċile u l-Urugwaj temmew fi draw ta’ 1-1. Eduardo Vargas fetaħ l-iskor għaċ-Ċile wara 26 minuta filwaqt li awto-gowl ta’ Arturo Vidal ġab l-iskor indaqs fis-66 minuta. B’dan id-draw, ċ-Ċile kisbu post mal-aħħar tmienja ta’ din il-kompetizzjoni hekk kif telgħu b’ħames punti.

Il-Copa America titkompla għada fejn fil-11.00pm ħin ta’ Malta, l-Ekwador jilagħbu kontra l-Peru u fis-2.00am, l-Brażil jilagħbu kontra l-Kolumbja.