Charles Camenzuli
Meta fil-partita Ingilterra – Korazja, fit-13 ta’ Ġunju ddebutta Jude Bellingham fl-eta’ ta’ 17 il-sena 349 ġurnata sar l-iżgħar plejer li lagħab f’fażi finali tal-Kampjonat tal-Ewropa . Għaddew sitt ijiem meta fil-partita Spanja – Polonja fis-56 minuta saret is-sostituzzjoni ta’ Mateusz Klich ma’ Kacper Kozlowski, ta’ 17 il-sena 246 ġurnata l-istess Kozlowski sar l-iżgħar plejer fl-istorja tal-Kampjonati. Għal min iħobb iqabbel l-istatistika fil-Euro tal-1984 kien Enzo Scifo wieħed mill-aqwa plejers tas-snin ’80 ta’ 18 il-sena 115 ġurnata kien iddebutta għal Belġju kontra l-Jugoslavja liema rekord ta’ Scifo kien inkiser minn Jetro Willems tal-Olanda fil-Euro2012 meta ddebutta kontra d-Danimarka meta kellu 18 il-sena 71 ġurnata.
Fid-19 ta’ Ġunju fil-partita Portugall – Ġermanja fil-formazzjoni ta’ Fernando Santos lagħab Pepe sabiex ta’ 38 sena 113 il-ġurnata sar l-ixjeħ plejer li lagħab f’din l-edizzjoni .Veterani oħra fl-iskwadri rispettivi hemm żewġ goalkeers. Maarten Stehelenburg tal-Olanda ta’ 38 sena 270 ġurnata u Craig Gordon tal-Iskozja ta’ 38 sena 170 ġurnata. Li tkun veteran u tiskorja huwa unur doppju. Każ klassiku Goran Pandev tal-Maċedonja ta’ Fuq li ta’ 37 sena u 327 ġurnata skorja fit-telfa ta’ 3 – 1 kontra l-Awstrija.
Meta ssemmi plejers anzjani ma tistax ma tgħamilx riferenza għal goalkeeper tal-Ungerija Gabor Kiraly li fl-edizzjoni tal-2016 kontra l-Belġju kellu 40 sena u 86 ġurnata . Rekord preċedenti kien dak ta’ Lothar Matthaus li fl-2000 fil-partita Ġermanja – Portugall kellu 39 sena 91 ġurnata.
U bħall-inbid, il-fattur eta’ ma tistax tinjoraħ. Importanti li jieħu ż-żmien biex jimmatura.
//= $special ?>