EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Partita deċiżiva f’Hampden Park

(Ritratt: EPA)

Il-konfront bejn il-Kroazja u l-Iskozja se jkun wieħed deċiżiv hekk kif rebħa biss tissodisfa liż-żewġ nazzjonijiet.

Kemm il-Kroazja u anke l-Iskozja ddiżapuntaw fl-ewwel żewġ partiti hekk kif irnexxielhom jiksbu punt kull wieħed kontra r-Repubblika Ċeka u l-Ingilterra rispettivament. Il-Kroazja jidhru li għaddejin minn perjodu ta’ transizzjoni hekk kif minkejja li għad hemm numru ta’ players ta’ esperjenza, xorta jinħass in-nuqqas ta’ Mario Mandzukic u Ivan Raiktic.

Għall-Iskozja dan huwa l-ewwel tournament fi 23 sena u minkejja li l-player Skoċċiż lagħbu l-ewwel żewġ partiti bi grinta u motivazzjoni xorta jinħass n-nuqqas ta’ kwalità speċjalment fil-parti offensiva. L-Iskozja ħadu daqqa ta’ ħarta oħra hekk kif fl-aħħar sigħat l-midfielder żagħżugħ Billy Gilmour irriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Fil-passat, l-Iskozja rnexxielha tirbaħ tnejn mill-ħames konfronti kontra l-Kroazja filwaqt li tliet partiti ntemmu fi draw.

Grupp D: Skozja v Kroazja 9.00pm