EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Se jiddaħħlu 60,000 partitarju f’Wembley Stadium, fis-semi finali u fil-finali tal-Euro 2020

Wara spekulazzjoni dwar jekk is-semifinali u l-finali tal-Euro 2020 hux se jsiru f’Wembley Stadium, issa l-gvern Ingliż ikkonferma li f’dawn il-partiti se jiddaħħlu 60,000 spettatur fl-istadium, li jammonta għall-75% tal-attendenza massima f’Wembley Stadium.

Din l-aħbar tasal wara li aktar kmieni l-Prim Ministru Taljan Mario Draghi issuġerixxa li dawn il-partiti jsiru fl-Italja, minħabba l’ każijiet pożittivi ta’ Covid 19 li kull ma jmur qed jgħolew fl-Ingilterra.