Sport

William Chetcuti jirbaħ it-tielet MSSF Selection Shoot tat-Trap tas-sena 2021

William Chtecuti rebaħ it-tielet MSSF Selection Shoot tat-Trap tas-sena 2021, li saret fir-Ranges Nazzjonali f’Ta’ Kandja. Fit-tieni post ikklassifika Emmanuel Bugeja, filwaqt li Brian Galea temm fit-tielet post. Din il-kompetizzjoni ittelgħet fuq jumejn fejn sparaw fuq 75 plattina s-Sibt u fuq 50 plattina fil-finali l-Ħadd.

Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu:

Brian Galea b’total ta’ 118/125; James Galea Jr. 118/125; Emanuel Bugeja 118/125; Rennie Deguara 118/125; Michael Grech 116/125; u William Chetcuti 114/125

Ir-Riżultati uffiċjali wara l-Finali kienu:

William Chetcuti 46/50, Emmanuel Bugeja 45/50, Brian Galea 34/40, James Galea Jr. 30/35, Michael Grech 20/30, Rennie Deguara 16/25