Lokali Mużika Saħħa

“Agħmlu kuraġġ u fittxu l-għajnuna” – kanzunetta b’messaġġ dwar is-saħħa mentali

Yann Spiteri, żagħżugħ ta’ 19-il sena, nieda fuq YouTube kanzunetta ċkejkna b’messaġġ dwar is-saħħa mentali. Il-kanzunetta ġġib l-isem ta’ Depressed.

Net News ħa l-opportunità li jagħmel kuntatt ma’ Yann fejn qalilna li jixtieq li permezz ta’ din il-kanzunetta n-nies isiru aktar konxji li teżisti l-għajnuna.

“Jekk xi ħadd mhux qed iħossu sew, agħmlu kuraġġ u fittxu l-għajnuna jgħidu x’jgħidu dawk ta madwarek”

Fil-messaġġ tiegħu Yann kompla billi appella lil dawk kollha li qed jgħixu xi sfida partikolari biex jimirħu għall-għajnuna f’postijiet li tassew ikunu lesti biex jgħinu.

Għal dawk kollha li qed ifittxu l-għajnuna l-Fondazzjoni Richmond fl-aħħar sena nediet il-helpline 1770 li jipprovdi għajnuna u appoġġ meħtieġ 24 siegħa kuljum lill-persuni li jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali tul dawn iż-żminijiet.