Internazzjonali

Aktar minn ħames miljun persuna saru miljunarji waqt il-pandemija tal-Covid-19

Riċerka li saret mill-Credit Suisse sabet li, filwaqt li ħafna nies foqra saru ifqar, l-għadd ta’ miljunarji żdied b’5.2 miljun għal 56.1 miljun madwar id-dinja. Dan hekk kif irriżulta li, matul l-2020, aktar minn 1% tal-adulti madwar id-dinja saru miljunarji ghall-ewwel darba.

Ir-riċerka turi li l-irkupru tas-swieq tal-ishma u l-prezzijiet tad-djar dejjem jogħlew għenu biex jiżdied il-ġid ta’ dawn il-persuni. Anthony Shorrocks, ekonomista u awtur tal-‘Global Wealth Report’, qal li l-pandemija kellha impatt akut fuq medda qasira ta’ żmien fuq is-swieq globali, iżda din inqalbet l-aktar sa tmiem Ġunju 2020.

Shorrocks kompla li l-ġid globali mhux biss żamm sod quddiem dan it-taqlib, iżda fil-fatt, żdied malajr fit-tieni nofs tas-sena. Barra minhekk, biljunarji jaraw l-assi tagħhom jiżdiedu b’27% matul il-pandemija. Żieda fil-ġid ta’ għaxart irġiel waqt il-pandemija tista tixtri vaċċini għal kulħadd.

Madankollu, l-iżbilanc fil-qagħda finanzjarja bejn l-adulti twessgħu fl-2020, b’Shorrocks jgħid li jekk iż-żidiet fil-prezz tal-assi, bħaż-żidiet fil-prezzijiet tad-djar, tneħħew mill-analiżi, allura l-ġid globali tad-djar jista’ jkun li naqas.

L-istatistika turi li l-ammont ta’ persuni li għandhom bejn $10,000 u $100,000 tripla minn 507 miljun fl-2000 għal 1.7 biljun f’nofs l-2020. Iż-żieda tirrifletti l-prosperità li dejjem qed tikber ta’ ekonomiji emerġenti, speċjalment iċ-Ċina u l-espansjoni tal-klassi medja, f’dinja li għadha qed tiżviluppa.

Min-naħa tagħha, Nannette Hechler-Fayd’herbe, Chief Investment Officer,qalet li m’hemm l-ebda ċaħda ta’ azzjonijiet meħudin mill-gvernijiet u mill-banek ċentrali biex jorganizzaw programmi massivi ta’ trasferiment ta’ dħul ħalli jappoġġjaw l-individwi u n-negozji l-aktar milquta ħazin mill-pandemija u billi jbaxxu r-rati tal-imgħax, irnexxielhom jevitaw skala ta’ kriżi.

Żiedet tgħid li t-tnaqqis tar-rati tal-imgħax mill-banek centrali probabbilment kellu l-akbar impatt u din hi r-raġuni għaliex il-prezzijiet tal-ishma u l-prezzijiet tad-djar iffjorixxew u dawn jissarfu direttament fil-valutazzjonijiet tal-ġid tad-djar. Għalkemm ziedet li dawn l-interventi kellhom spiża enormi.

Pagamenti ġenerużi mis-settur pubbliku lill-familji fissru li d-dħul disponibbli tal-familja kien relattivament stabbli u saħansitra żdied f’xi pajjizi. Hecler-Fayd’herbe qalet li raguni ewlenija għaliex il-prezzjijet tad-djar iffjorixxew kienet minħabba t-tnaqqis tar-rati tal-imgħax mill-banek, li żiedet tradotti direttament fil-valutazzjonijiet tagħna tal-ġid tad-djar.​