Lokali

Arrestat wara sejba ta’ 1.8 droga kokaina

Raġel ta’ 32 sena mill-Belt Valletta ġie arrestat wara operazzjoni mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, assistiti minn membri tal-RIU b’rabta ma traffikar ta’ droga.

Wara jiem ta’ sorveljanza tul il-jum tat-Tlieta wasslet sabiex l-uffiċjali waqfu vettura fi Triq Borg, f’Birkirkara fejn wara li saret tfittxija fil-karozza nstabu moħbija madwar 1.8 kilogramma sustanza bajda, allegatament droga kokaina kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.

Kelliema għall-Pulizija saħqu li l-valur fit-triq tad-droga tlaħħaq ‘il fuq minn €100,000.

Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li ħatret inkjesta.