Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Ebda każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa

Fortunatament fl-aħħar 24 siegħa ma ġie rreġistrat ebda każ ġdid ta’ Covid-19 sabie b’hekk it-total ta’ każi minn Marzu 2020 għadu qed jammonta għal 30,595.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa fieqet persuna waħda sabiex it-total ta’ mfejqa żied għal 30,149.

Sadanittant, filwaqt li fortunatament ma ġiet irreġistrata ebda fatalità kawża tal-pandemija f’pajjiżna tul il-jum tat-Tlieta, l-vittmi għadhom qed jammontaw għal 420 – bil-każi attivi issa jammonta għal 26.

Tul il-jum tat-Tlieta kienu 294,650 il-persuni li tlaqqmu b’mod sħiħ bil-vaċċin.