EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp E: Żvezja 3 – 2 Polonja

(Ritratt: EPA)

L-Iżvezja jtemmu l-ewwel fi Grupp E

Bidu mill-aqwa għall-Iżvezja hekk kif wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor meta Emil Forsberg ikkonkluda wara li approfitta minn nuqqas ta’ attenzjoni fid-difiża tal-Polonja.

Fit-tieni taqsima, l-Polonja baqgħu jiddominaw il-pusses u kien fit-52 minuta li x-xutt ta’ Grzegorz Krychowiak kien salvat b’mod tajjeb minn Olsen. L-Iżvezja rrispondew u għalqu l-partita fid-59 minuta meta minn pass ta’ Kulusevski kien Emil Forsberg għal darb’oħra li għamel l-iskor 2-0. Żewġ minuti wara, l-Polonja jwettqu reazzjoni u jirrispondu b’gowl tal-attakkant ta’ Bayern Munich Robert Lewandowski li kkonkluda fuq pass preċiż ta’ Piotr Zielinski. Il-Polonja ħasbu li ġabu l-iskor indaqs fil-65 minuta meta minn cross ta’ Krychowiak kien is-sostitut Jakub Swierczok li xeħet ġewwa mill-viċin, bil-gowl tiegħu jkun imħassar għall-offside.

Fis-70 minuta, Forsberg kien viċin li jiskorja l-hat-trick iżda x-xutt tiegħu kien devjat għall-corner. Il-Polonja ġabu l-iskor indaqs fl-84 minuta meta minn cross ta’ Frankwoski, kien Robert Lewandowski li skorja t-tieni gowl personali, liema gowl ma kienx biżejjed biex ipoġġi lill-Polonja fil-fażi li jmiss. L-Iżvezja aċċertaw mir-rebħa tard fil-partita meta minn kontrattakk veloċi, kien Viktor Claesson li għamel l-iskor finali 3-2.

Żvezja: R. Olsen, M. Lustig, V. Lindelof, M. Danielson, L. Augustinsson, A. Ekdal, K. Olsson, S. Larrson, E. Forsberg, R. Quasion, A. Isak

Polonja: W. Szczesny, B Bereszynski, K. Glik, J. Bednarek, G. Krychowiak, M. Klich, K. Jozwiak, K. Swiderski, P. Zielinski, T. Puchacz, R. Lewandowski

Referee: M. Oliver

Assistenti referees: S. Burt, S. Bennett