EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp F: Portugall 2 – 2 Franza

(Ritratt: EPA)

Tliet penalties f’partita spettakolari

L-ewwel azzjoni perikoluża waslet mal-kwarta logħob meta minn pass tajjeb ta’ Paul Pogba, Kylian Mbappe waħdu fil-kaxxa, ra t-tentattiv ċentrali tiegħu jkun salvat minn Rui Patricio. Fis-27 minuta, l-Portugall ngħataw penalty meta Hugo Lloris ħareġ fuq Danilo fejn minkejja li deher li ħa l-ballun r-referee ordna penalty. Minn ħdax-il metru l-captain tal-Portugall Cristiano Ronaldo ma żbaljax.

Il-kontroversja matul il-partita ma naqsitx, u kien fil-45 minuta li Franza ngħataw penalty dubjuż meta Nelson Semedo waqqa lil Kylian Mbappe fil-kaxxa. L-attakkant ta’ Real Madrid Karim Benzema mill-penalty spot ma żbaljax għal 1-1.

Fit-tieni taqsima, Franza ħarġu fuq l-offensiva u minn pass ieħor mill-isbaħ ta’ Paul Pogba, kien Karim Benzema li skorja t-tieni gowl tiegħu għal 2-1 bil-gowl ikun ikkonfermat wara konsultazzjoni mal-VAR. Sfortunatament id-difensur Lucas Digne li kien għadu kemm daħal fil-bidu tat-tieni taqsima, kellu jerġa joħroġ mill-ground wara biss ħames minuti minħabba injury muskolari fejn kawża t’hekk probabilment jitlef il-kumplament tat-tournament. Fit-58 minuta, ngħata t-tielet penalty tal-partita meta Kounde deher imiss il-ballun b’idu. Minn ħdax-il metru għat-tieni darba Cristiano Ronaldo ma żbaljax, biex b’dan il-gowl skorja l-109 gowl internazzjonali tiegħu

Portugall: R. Patricio, N. Semedo, R. Dias, Pepe, R. Guerreiro, J. Moutinho, Danilo, R. Sanches, B. Silva, Ronaldo, D. Jota

Franza: H. Lloris, J. Kounde, R. Varane, P. Kimpembe, L. Hernandez, P. Pogba, N. Kante, C. Tolisso, A. Griezmann, K. Mbappe, K. Benzema

Referee: A. Lahoz

Assistenti referees: P. Devis, R. del Palomar