Spanja jiskorjaw ħamsa iżda jtemmu fit-tieni post ta’ Grupp E | Slovakkja elminati
B’din ir-rebħa issa Spanja jiltaqgħu kontra l-Kroazja nhar it-Tnejn f’Kopenhagen. Fl-ewwel taqsima Spanja iddominaw il-pusses tal-ballun u fl-10 minuta ingħataw penalty għal foul ta’ Jakub Hromada fuq Koke fil-kaxxa. Madanakollu mill-ħdax-il metru Alvaro Morata ra t-tentattiv tiegħu ikun salvat tajjeb mill-goalkeeper Martin Dubravka. MInkejja dan, Spanja marru fil-vantaġġ fit-30 minuta meta x-xutt ta’ Pablo Sarabia ħabat mal-lasta, bil-goalkeeper Martin Dubravka jitfa’ fil-lasta tiegħu stess għal 1-0. Biex fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima Spanja rduppjaw meta minn cross ta’ Gerard Moreno, kien Aymeric Laporte li bir-ras tefa’ fix-xibka għal 2-0.
Fit-tieni taqsima Spanja komplew iżidu d-dominanza tagħhom fil-partita. Huma għamluhom tlieta fis-56 minuta meta minn pass ta’ Jordi Alba, kien Pablo Sarabia li kkonkluda ġewwa għal 3-0. Fis-67 minuta Spanja skorjaw ir-raba’ gowl meta din id-darba kien Pablo Sarabia li għadda lejn is-sostitut Ferran Torres li mill-viċin tefa’ ġewwa għal 4-0. Spanja żiedu l-ħames gowl fil-71 minuta meta id-daqqa ta’ ras ta’ Pau Torres kienet devjata għal ġewwa mill-plejers Slovakk Juraj Kucka li għamilhom 5-0.
Slovakkja : M.Dubravka, P.Pekarik, L.Satik, M.Skriniar, T.Hubocan, L.Haraslin, J.Kucka, J.Hromada, R.Mak, M.Hamsik, O.Duda
Spanja : U.Simon, C.Azpilicueta, E.Garcia, A.Laporte, J.Alba, S.Busquets, Pedri, Koke, P.Sarabia, A.Morata, G.Moreno
Referee : B.Kuipers
Assistenti Referees : S. van Roekel, E.Zeinstra
//= $special ?>