EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp F : Ġermanja 2 – 2 Ungerija

F’partita drammatika l-Ġermanja jagħmluha mal-aħħar sittax

Minkejja li fl-ewwel taqsima l-Ġermanja iddominaw il-partita u l-pusses tal-ballun, kienu l-Ungerija li kontra kull mistenni marru fil-vantaġġ fil-11-il minuta, meta minn cross minn fuq il-lemin ta’ Roland Sallai, kien Adam Szalai li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Manuel Neuer għal 1-0. Il-Ġermanja irrispondew fil-21 minuta meta minn corner ta’ Joshua Kimmich, id-difensur Mats Hummel ra d-daqqa ta’ ras tiegħu taħbat mal-lasta bl-iskor jibqa dak ta’ 1-0.

Fis-62 minuta freekick ta’ Roland Sallai ħabat mal-last minn posizzjoni angolata. Madanakollu fit-tieni taqsima l-Ġermanja kisbu l-gowl tad-draw fis-66 minuta meta minn pass fit-tul il-goalkeeper Gulasci naqas li jżomm il-ballun, b’Mats Hummels jgħaddi lejn Kai Havertz li bir-ras tefa’ f’lasta vojta. Minkejja dan, l-Ungerija reġgħu ħadu l-vantaġġ minuta wara meta minn żball ta’ Manuel Neuer, kien Andras Schaffer li approfitta u skorja t-tieni gowl Ungeriż. Iżda fit-82 minuta kien Leon Goretzka li approfitta minn inċertezza fil-kaxxa Ungeriża u bix-xutt tiegħu għeleb lil-goalkeeper Ungeriż għal 2-2.

Ġermanja : M.Neuer, M.Ginter, M.Hummels, A.Rudiger, I.Gundogan, T.Kroos, J.Kimmich, R.Gosens, K.Havertz, L.Sane, S.Gnabry

Ungerija : P.Gulasci, L.Nego, E.Botka, W.Ochan, A.Szalai, A.Fiola, A.Nagy, L.Kleinheisler, A.Schafer, A.Szalai, R.Sallai

Referee: S.Karasev,

Assistenti referees : I.Demeshko, M.Gavrillin,